Menu

Fenek Moqli fl-Inbid u t-Tewm

Serves 4
Prep Time 20 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • Fenek sħiħ
  • 200ml Inbid aħmar
  • Żejt taż-żebbuġa
  • 5 Sinniet Tewm
  • Sagħtar frisk
  • 4 Werqiet Rand
  • 20g Ħwawar tal-Fenek ta' Savina

Qaxxar u qatta' t-tewm. Poġġi l-biċċiet tal-fenek f'kontenitur kbir u iksihom bl-inbid. Żid it-tewm, is-sagħtar, il-weraq tar-rand u ftit ħwawar. Ħalli ftit tewm għall-qali. Għatti u ħallih lejl fil-friġġ. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir. Żid it-tewm u qallih għal ftit minuti sakemm jieħu kulur dehbi. Neħħi l-biċċiet tal-fenek mill-immarinar u xxuttahom b'biċċa karta tal-kċina. Aqli l-fenek sakemm jieħu kulur dehbi. Sajjar il-biċċiet tal-fenek minn kull naħa u żid ftit mill-immarinar. Baxxi n-nar, itfa' iżjed immarinar u għatti t-taġen. Ħallih itektek bil-mod u żid l-immarinar f'kas li z-zalza tixxotta.

 Ricetta ta' Anton B Dougall

Comments are closed.