Menu

Tonn Frisk biz-Zalza

Serves 2
Prep Time 15 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 Biċċiet tat-tonn frisk
  • Żejt taż-Żebbuġa ta' Savina
  • Bżar u Melħ mitħun
  • 150ml Zalza tat-Tadam tal-Mayor
  • 2 Imgħaref kappar tal-Mayor
  • Tewm niexef mitħun
  • 2 Patatiet kbar
  • Tursin imqatta' fin
  • Bott basal tal-Mayor fiż-żejt taż-żebbuġa
  • 50g Żebbuġ tal-Mayor
Saħħan iż-żejt f'taġen u sajjar bil-mod it-tonn għal ftit minuti miż-żewġ naħat. Żid il-melħ u l-bżar. Xħin ikunu lesti, neħħihom mit-taġen u sajjar il-basal tal-Mayor ġol-istess taġen għal madwar żewġ minuti. Wara, żid 150ml zalza tat-tadam tal-Mayor. Żid iż-żebbuġ, il-kappar u ftit tewm mitħun. Ħallih itektek fuq nar baxx għal tliet minuti. Sadanittant, għalli ftit patata u meta jsiru, saffi u aqsamhom f'erba' biċċiet. Servi t-tonn maz-zalza l-ħamra u żid il-patata mal-ġenb. Roxx ftit tursin frisk u servi sħun.

Comments are closed.