Għal din ir-riċetta għandek bżonn reċipjent kbir tal-forn, Poġġi t-tadam, il-basla, il-ġobon feta u ċ-ċiċri fir-reċipjent. Itfa' ftit żejt taż-żebbuġa, bżar u melħ u l-ħwawar. Sajjar fil-forn f'200'C għal tletin minuta. Aqta' l-irjus tat-tewm, roxx ftit bżar u melħ, żejt taż-żebbuġa u geżwer fil-foil. Sajjar ukoll fil-forn għal tletin minuta. Xħin jkunu lesti, poġġi l-ħaxix u l-ġobon ġo proċessatur (food processor) flimkien mal-ħabaq. Itfa' wkoll is-sinniet tat-tewm mingħajr il-qoxra u ħawwad flimkien. Żid biżżejjed stokk tal-ħaxix b'tali mod li s-soppa tiġik magħquda iżda mhux iżżejjed. Servi s-soppa billi titfa' ftit żejt taż-żebbuġa, weraq tal-ħabaq u ftit miċ-ċiċri inkaljati li tkun warrabt qabel. Ricetta ta’ Aceline