Menu

Flett taċ-ċanga bil-kafè u l-Ġulepp

Serves 2
Prep Time 35 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 400g Flett taċ-ċanga (fillet of beef) maqtugħ f'biċċtejn
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 5 Sinniet tewm, misħuqin
  • 1 Tazza stokk tal-laħam
  • 2 Mgħaref ġulepp tal-aġġru (maple syrup)
  • 1 Grokk Americano intenso
  • 3 Mgħaref Worcestershire tal-Pinto's Pride
  • 2 Patatiet kbar, imqaxxra u mqattgħ
  • 30ml Krema
  • 1 Mgħarfa krema Horseradish
  • 2 Mgħaref butir
  • 12 Piżelli tal-qoxra (mangetout)

Roxx ftit bżar u melħ fuq il-laħam u qallih ftit miż-żewġ naħat fil-butir u ż-żejt taż-żebbuġa ma' sinna tewm misħuqa. Poġġi l-laħam ġo dixx tal-forn u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 100°C sakemm il-qalba tal-laħam tilħaq temperatura ta' 55°C. (Uża termometru bħala gwida). Fl-istess taġen, sajjar il-ġulepp tal-aġġru, u żid il-kafè, il-Worcestershire u ħallih itektek sakemm il-likwidu jonqos bin-nofs. Għalli l-patata u kif tirtab, għaffiġha mal-krema, il-krema tal-horseradish u ftit butir. Żid ftit bżar u melħ għat-togħma. Ismot il-piżelli tal-qoxra f'ilma mielaħ, idlek fi ftit butir u ħawwar għall-gosti tiegħek. Ħalli l-laħam joqgħod għal 2-3 minuti qabel ma sservi fuq il-patata maxx mal-piżelli tal-qoxra u l-kafè.

Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.