Deviled Eggs
Serves N/A
Prep Time 30 mins
Cooking 12 mins
Level low
Ingredjenti
- 12 Large room temperature Eggs
- 4 Mgħaref Mayonnaise tal-Mayor
- 1–2 kuċċarina Mustarda tal-Mayor
- 1 Kuċċarina melħ mill-oħxon
- ¼ Kuċċarina Paprika, u ftit żejjed biex iżżejjen
- Ftit Hot Pepper Sauce ta' Pinto's Pride
- 2 Mgħaref żejt taż-żebbuġa extra verġni
- 2–3 Mgħaref ilma
- 2 Kuċċarini kurrat, mqatta' fin
Għalli l-ilma f'kazzola kbira, u żid il-bajd waħda waħda sakemm jerġa' jagħli. Ħallih għal minuta, itfi n-nar u ħalli l-bajd fil-kazzola għal 12-il minuta. Sadanittant, imla kontenitur kbir bl-ilma kiesaħ, u itfa' ftit silġ. Wara li l-bajd ikun qagħad għal tnax-il minuta, itfagħhom fl-ilma kiesaħ għal 15-il minuta - mhux iżjed - qabel ma tqaxxarhom mill-qoxra bil-mod. Aqsam il-bajd min-nofs mit-tul u neħħi bil-mod l-isfar minn kull nofs u itfgħu f'kontenitur. Poġġi l-aħjar 18-il nofs bajda fi platt. Mat-taħlita tal-isfra tal-bajd, żid il-mayonnaise, kuċċarina mustarda, il-melħ, il-paprika u ftit sauce li jaħraq. Ħawwad kollox flimkien u għaffeġ b'furketta. Fl-aħħar uża blender sabiex tkompli tħallat it-taħlita tajjeb. Żid iż-żejt u kompli ħawwad bil-blender. Ara jekk hemmx bżonn iżżid ftit melħ u bżar jew jekk tridhiex taħraq iżjed. Ġeneralment jintużaw żewġ kuċċarini mustarda u ftit iżjed sauce li jaħraq, imma idealment iżżidu ftit ftit. Żid ftit ilma b'idek sabiex ikollok konsistenza tajba fit-taħlita sabiex tuża piping bag. Itfa' t-taħlita fil-piping bag bl-għamla ta' stilla u imla n-nofsijiet tal-bajd. Tista' wkoll titfa' t-taħlita tal-isfra tal-bajd billi tuża żewġ kuċċarini. Xerred ftit paprika u kurrat biex iżżejjen.
Ricetta ta' Anton B. Dougall