Menu

Creamy Stuffed Salmon Fillets with an Orange and Herb Crust

Serves 2
Prep Time 15 mins
Cooking 15 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 Thick ,skin removed Salmon Fillet
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 100g Ġobon tat-tursina
  • Ftit weraq tal-ispinaċi żgħar, friski
  • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 4 tbsp Panko Breadcrumbs
  • 1 Larinġa, il-meraq u l-qoxra
  • 1 Mgħarfa ħabaq frisk, imqatta'
  • 1 Mgħarfa pine nuts
  • 2 Mgħaref butir imdewweb
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 1 Mgħarfa Kunserva Three Hills
  • 1 tbsp Mayor chopped Sundried Tomatoes
  • 1 Bunch fresh Asparagus
  • 8 Patatiet żgħar
  • Ftit butir

B'sikkina aqta' linja fis-salamun sabiex tagħmel fetħa bħal envelopp. Ferrex il-bżar u l-melħ fuq kull naħa. Imla s-salamun bil-ġobon tat-tursina u l-ispinaċi. Saħħan iż-żejt f'taġen u sajjar is-salamun għal 3-4 minuti sakemm jieħu l-kulur. Poġġih f'dixx tal-forn. Ħawwad flimkien il-frak tal-ħobż, il-qxur tal-larinġa, il-ħabaq, il-pine nuts, bżar u melħ u l-butir l-imdewweb. Idlek is-salamun bit-tadam imqadded u wara ferrex it-taħlita tal-frak tal-ħobż fuq is-salamun. Kompli sajjar għal 8-10 minuti jew skont il-gosti tiegħek. Sadanittant, għalli l-patata f'borma bl-ilma bil-melħ sakemm tirtab. Neħħiha mill-borma, aqsamha min-nofs u poġġiha f'taġen u għattiha sabiex tibqa' sħuna. Fl-istess borma li użajt għall-patata, itfa' l-asparagus jew il-fażola ħadra u osmothom ftit jew sajjarhom skont il-gosti tiegħek. Saffi mill-ilma u żid mal-patata. Itfa' l-butir fit-taġen, żid il-bżar u l-melħ u ħawwad tajjeb.

Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.