Menu

Ravjul tal-Irkotta u l-Ispinaċi bil-Krema tal-Pesto

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 10 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 pakkett ravjul tal-irkotta u l-ispinaċi tad-Divini
  • 1 tazza krema ħafifa tal-Ħanini
  • 1/2 tazza pesto tal-Mayor
  • 1/4 tazza ġobon Parmiġġjan maħkuk
  • 1/2 tazza tadam ċirasa (cherry tomatoes) maqtugħ min-nofs
  • 2 mgħaref pine nuts, inkaljati
  • 1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • Weraq tal-ħabaq frisk, biex iżżejjen

Sajjar ir-ravjul skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, saffih u poġġih għall-ġenb. F'taġen kbir, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa fuq nar medju. Żid it-tadam ċirasa u sajjar għal 2-3 minuti sakemm jibda jirtab. Baxxi n-nar u itfa' l-pesto u l-krema u kompli sajjar sakemm ikun saħan u tħallat kollox flimkien. Żid ir-ravjul il-misjur fit-taġen u ħallat kollox bil-mod. Żid ftit bżar u melħ għat-togħma. Ferrex ftit parmiġġjan u pine nuts inkaljati. Żejjen bi ftit weraq tal-ħabaq u servi minnufih.

Comments are closed.