Menu

Torta tat-Tiġieġ u l-Kari

Serves 4
Prep Time 35 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 2 Sinniet tewm, imqattgħin
  • Żejt taż-żebbuġa tat-tewm
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 2 Karrotti, imqattgħin
  • 2 Kurrat, imqatta'
  • 1 Kuċċarina weraq tas-sagħtar frisk
  • Bżar u melħ għat-togħma
  • 600g Sider tat-tiġieġ, imqatta' f'dadi
  • 200g Gammon, imqatta' oħxon
  • 1 Mgħarfa trab tal-kari
  • 2 Mgħaref mango chutney
  • 1 Flixkun Pinto’s Pride tal-kari
  • 1 Creamylight tal-Ħanini
  • 50g Piżelli tal-friża, magħsura mill-ilma
  • 500g Għaġina sfiljorata sħiħa
  • 1 Mgħarfa mħallta kemmun u żerriegħa tal-ġunġlien

 

Saħħan iż-żejt fit-taġen sabiex tagħmel it-taħlita. Sajjar il-kurrat, it-tewm u l-karrotti flimkien għal 4 minuti. Żid it-tiġieġ, il-kari, is-sagħtar u żid il-bżar u l-melħ u kompli sajjar għal 3-4 minuti sakemm it-tiġieġ jieħu l-kulur. Itfa' l-gammon, il-mango chutney, il-flixkun kari tal-Pinto's Pride u l-krema tal-Ħanini u sajjar għal 2 minuti. Neħħi minn fuq in-nar, żid il-piżelli u itfa' t-taħlita f'dixx tal-forn midluk bil-butir. Iftaħ l-għaġina u aqtagħa fi strixxi u għatti t-torta b'forma ta' kannizzata. Idlek b'bajda mħabbta u ferrex ftit żerriegħa tal-kemmun u l-ġunġlien u sajjar fil-forn f'temperatura ta' 200°C għal 30 minuta jew sakemm issir l-għaġina u tieħu l-kulur.

Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.