Menu

Bulibif bil-Ġbejniet Friski u l-Bajd

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 45 mins
Level low

Ingredjenti

  • 3 Mgħaref żejt
  • 1/2 Bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 1 Mgharfa sauce tat-tewm tal-pinto's Pride
  • 2 Karrotti, imqattgħin
  • Bżar u melħ
  • 500g Bulibif
  • 4-6 Patatiet, maqtugħin min-nofs
  • 5 Tazzi misħun
  • 3 Mgħaref kunserva tat-Three Hills
  • 1 Kuċċarina zokkor
  • 4 Bajdiet
  • 4 Gibniet friski tal-Ħanini 
  • 1 Bott ta' 140g piżelli tal-Mayor

F'dixx kbir tal-istuffat, sajjar il-basal fi ftit żejt għal 2 minuti. Żid it-tewm, il-karrotti u ħawwad. Itfa' ftit bżar u melħ, żid il-bulibif u ħawwad kollox flimkien sakemm tkompli t-toqlija. Żid il-patata, il-misħun, il-kunserva u z-zokkor. Kompli sajjar fuq nar moderat sakemm il-patata tibda tirtab ftit. Kultant ħin ħawwad it-taħlita. Wara, żid il-bajd waħda waħda u żommhom 'il bogħod minn xulxin. Sajjar sakemm isir il-bajd.

Żid il-piżelli fl-istuffat u ħawwad bil-mod. Żid issa l-ġibniet, ħawwad ftit u itfi n-nar. Ħallih joqgħod għal madwar 5 minuti qabel isservi. Jekk issajjar l-istuffat filgħodu, tista' terġa' ssaħħnu sabiex isservih filgħaxija. Ricetta ta' Tonia Grima

Comments are closed.