Brodu tac-Canga
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 110 mins
Level medium
Ingredjenti
- 1 litre Water
- 75g Karrotti
- 50g Basal
- 40g Laham tal- brodu
- 50g Kunserva Three Hills
- Zokk ta' Karfusa
- Bżar u melħ għat-togħma
Qaxxar u qatta' l-basal u l-karrotti. Aħsel u qatta' l-karfus. Itfa' l-ħaxix f'borma, żid l-ilma u l-kunserva u l-laħam. Ħallih jagħli fuq nar medju. Kif jibda jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek għal madwar siegħa u nofs. Kultant neħħi ż-żejt li jkun tela' fil-wiċċ. Itfa' ftit bżar u melħ u servih jaħraq.
Ricetta ta' Anton B. Dougall
