Menu

Swiss Roll tac-Cikkulata

Serves N/A
Prep Time mins
Cooking mins
Level low

Ingredjenti

  • 150g Bajd
  • 112g Sugar
  • 60g Dqiq plain 00
  • 15g trab taċ-ċikkulata
  • Kuċċarina gliċerina
  • Essenza tal-vanilja
  • Ghat-tizjin
  • 4 vażetti krema friska jew pakkett tan-nofs ta’ krema UHT flok 2 mill-vażetti tal-krema friska
  • 300g Cooking Dark chocolate
  • Icing sugar
  • Dekorazzjonijiet tal-Milied
Ixgħel il-forn 2350C, gass numru 8. Għarbel id-dqiq u t-trab taċ-ċikkulata. Idlek pjanċa tal-forn ta’ 45ċm tul u 38ċm wisa’ bi ftit marġerina u iksi l-qiegħ b’biċċa karta tal-forn. Qiegħed il-bajd, zokkor u essenza tal-vanilja fi skutella u ħaddem sakemm it-taħlita tibjad u tagħqad qisha krema. Tista’ tuża hand beater tal-elettriku. Żid il-gliċerina u kompli ħawwad. Żid id-dqiq ftit, ftit mat-taħlita filwaqt li tħawwad il-ħin kollu b’mgħarfa tal-injam. IMPORTANTI: QATT titfa’ d-dqiq kollu f’daqqa. Ferra’ t-taħlita fil-pjanċa u ara li l-għoli tagħha jkun kullimkien l-istess. Sajjar għal madwar 4-5 minuti. Oħroġ il-panidispanja mill-forn, neħħiha mill-pjanċa u poġġiha wiċċha ’l isfel fuq sarvetta sakemm tiksaħ. Qiegħed 2 vażetti tal-krema friska jew nofs il-krema UHT ġo skutella u ħaddem tajjeb. Il-krema UHT hi aħjar biex timla s-Swiss roll. Iksi l-panidispanja b’din il-krema u gerbibha tajjeb. Qiegħed is-Swiss roll fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn. Dewweb iċ-ċikkulata fil-microwave jew banju marija. Importanti ħafna li maċ-ċikkulata ma jidħolx ilma u lanqas fwar u li ma tagħmilx għatu. Jekk tuża ċikkulata li tkun forma ta’ buttuni u mhux tal-blokka, iddub wisq aktar malajr. Qiegħed iż-2 vażetti tal-krema friska jew il-krema UHT li fadal ġo kazzola u saħħan fuq nar moderat. Żid iċ-ċikkulata mdewba u ħawwad tajjeb. Neħħi minn fuq in-nar u ħalli t-taħlita tibred. Ħaddem tajjeb il-krema bierda b’hand beater tal-elettriku jew bil-mixer. Oħroġ is-Swiss roll mill-friġġ, poġġih fuq platt kbir u tawwali u iksih b’din il-krema. Erġa’ poġġih fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn. Oħroġ mill-friġġ u aqta’ biċċa min-naħa ta’ fuq. Agħmel ħafna sinjali b’furketta biex jiġi qisu zokk ta’ siġra (ara r-ritratt). Roxx ftit icing sugar fil-wiċċ u żejjen bid-dekorazzjonijiet tal-Milied. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.