Menu

Gateau taċ-Ċikkulata

Serves 8
Prep Time 40 mins
Cooking 40 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 225g dqiq plain
  • 350g Zokkor fin (caster sugar)
  • 85g cocoa powder
  • 1½ kuċċarina baking powder
  • 1½ Kuċċarina bicarbonate tas-soda
  • 2 Bajdiet
  • 250ml Halib
  • 125ml Zejt
  • 2 Kuċċarini vanilla extract
  • 250ml Misħun jagħli
  • 200mlKrema doppja
  • Biċċiet taċ-ċikkulata
Saħħan il-forn fuq temperatura ta’ bejn il-160 u 180 grad. Idlek żewġ dixxijiet tal-kejkijiet ta’ madwar 20ċm bi ftit żejt. Poġġi l-ingredjenti kollha tal-kejk, minbarra l-ilma jagħli, ġo bowl kbir fond biex tkun tista’ tħawwad kollox fih. Ħawwad sewwa b’wooden spoon jew mixer tal-elettriku sakemm it-taħlita tiġi ratba u mħallta tajjeb. Żid il-misħun mat-taħlita, ftit ftit, sakemm it-taħlita tal-kejk tirtab u ssir likwida ħafna. Qassam it-taħlita tal-kejk nofs f’dixx u nofs fid-dixx l-ieħor u aħmi fil-forn għal madwar 25-35 minuta, jew sakemm il-wiċċ jissoda u meta ddaħħal sikkina fil-kejk toħroġ nadifa. Oħroġ il-kejkijiet mill-forn u ħallihom jiksħu għalkollox fid-dixxijiet tagħhom. Għall-icing taċ-ċikkulata, saħħan iċ-ċikkulata u l-krema ġo kazzola fuq nar baxx sakemm iddub iċ-ċikkulata kollha. Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u ħawwad it-taħlita bil-whisker sakemm tissoda ftit il-konsistenza tagħha. Ħalliha toqgħod għal madwar siegħa jew sagħtejn, jew sakemm tagħqad biżżejjed li tkun tista’ tiksi l-kejk biha. Oħroġ il-kejkijiet mid-dixxijiet tagħhom. Uża sikkina biex taqla’ l-kejkijiet mill-ġnub mingħajr ma jitfarrku. Idlek ftit ċikkulata fil-wiċċ ta’ kejk minnhom u poġġi l-kejk l-ieħor fuqu. Poġġi l-kejk fuq platt u iksi l-kejk kollu bl-icing taċ-ċikkulata b’sikkina tal-kejkijiet. Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.