Menu

Insalata taċ-Ċiċri

Serves 2
Prep Time 10 mins
Cooking -1 mins
Level low

Ingredjenti

  • 2 bottijiet ċiċri tal-Mayor msaffijin
  • 3 mgħaref basal imqatta' tal-Mayor
  • 3 mgħaref żebbuġ imqatta' tal-Mayor
  • 12-il tadama ċirasa (cherry tomatoes)
  • Tursin
  • Nagħniegħ
  • Ħabaq
  • Bżar mitħun frisk u melħ
  • Tewm niexef mitħun
  • Origano
  • Żejt taż-żebbuġa ta' Savina
  • 2 bajdiet mgħollija
Għalli żewġ bajdiet għal 10 minuti u ħallihom jiksħu. Sadanittant, saffi u aħsel 2 bottijiet ċiċri u poġġihom f'kontenitur kbir. Żid il-basal imqatta' u ż-żebbuġ. Aqsam min-nofs it-tadam u żidhom fil-kontenitur. Qatta' fin fin il-ħwawar friski u itfa' l-melħ u l-bżar, it-tewm u l-origano għat-togħma. Itfa' ftit żejt taż-żebbuġa. Qaxxar il-bajd u aqsamhom f'erbgħa biex iżżejjen.

Comments are closed.