Menu

Tiġieġ bil-Kuskus

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 60 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 8 koxox tat-tiġieġ, bil-ġilda u bl-għadam
  • 2 tsp Turmeric
  • 1 tbsp garam masala
  • 2 tbsp Sunflower oil
  • 2 basliet, imqattgħin fini
  • 3 sinniet tewm, imqattgħin
  • 500ml stokk tat-tiġieġ tal-Pinto’s Pride
  • 3 tbsp Mayor Green Pitted Olives
  • Qoxra ta' lumija u l-meraq tagħha
  • 250g kuskus tal-Pinto's Pride
  • Ftit tursin imqatta'
Idlek it-tiġieġ bil-ħwawar u ftit melħ sakemm jinksew għal kollox. Saħħan mgħarfa żejt f'taġen bil-għatu. Aqli t-tiġieġ min-naħa tal-ġilda għal 10 minuti sakemm jieħu l-kulur. Dawwar u sajjar għal 2 minuti oħra qabel ma tneħħih mit-taġen. Itfa' l-kumplament taż-żejt fit-taġen u aqli l-basal u t-tewm għal 8 minuti sakemm jieħdu l-kulur. Itfa' u ħawwad il-kumplament tal-ħwawar u sajjar għal minuta oħra. Dewweb mgħarfa mill-istokk fil-misħun u żidu mat-taġen. Żid iż-żebbuġ l-aħdar. Ħallih jagħli, itfi n-nar u poġġi t-tiġieġ bin-naħa tal-ġilda 'l fuq fl-istokk. Għatti t-taġen b'għatu, u ħallih itektek għal 35-40 minuta. Għalli l-kitla, tella' t-tiġieġ fi platt u żomm sħun. Neħħi t-taġen minn fuq in-nar. Itfa' l-meraq tal-lumi u l-kuskus fiz-zalza tal-basal fit-taġen u żid bil-misħun sakemm tgħatti l-kuskus. Erġa' għatti t-taġen u ħallih joqgħod għal 5 minuti sakemm il-kuskus ikun sar. Żid nofs it-tursin u l-qoxra tal-lumija, u poġġi t-tiġieġ fil-wiċċ. Qabel isservi, ferrex il-kumplament tat-tursin u l-meraq tal-lumi.

Comments are closed.