Menu

Risotto bil-Ħaxix u Tiġieġ

Serves 4
Prep Time 25 mins
Cooking 35 mins
Level low

Ingredjenti

  • 4 kikkri stokk tat-tiġieġ... tagħmlu billi ddewweb mgħarfa Spoon Stock tat-Tiġieġ
  • 2 kikkri ross arborio... magħmul apposta għar-risotto
  • 200g sider tat-tiġieġa
  • 100g Bott basal imqatta' tal-Mayor
  • 100g bżar ikkulurit
  • 100g Mushrooms tal-Mayor
  • 60g Piżelli tal-Mayor
  • Tewm... skont kemm tiggosta
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Bżar mitħun frisk u melħ

Qaxxar it-tewm u l-basal u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Aħsel u naddaf il-bżar u l-faqqiegħ u qattagħhom ukoll f’biċċiet żgħar. Naddaf is-sider tat-tiġieġa u qattgħu f’biċċiet żgħar. Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u fond u qalli l-basal u t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar u żid il-bżar u l-faqqiegħ u kompli qalli għal ftit ħin ieħor. Żid is-sider tat-tiġieġa u kompli sajjar. Żid ir-ross u sajjar, dejjem fuq nar baxx, għal xi 6 minuti. Żid l-istokk sħun ftit, ftit filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Żid il-piżelli wara 30 minuta u kompli żid l-istokk sakemm isir ir-ross. Jista’ jkun li ma tużax l-istokk kollu jew ikollok iżżid xi ftit misħun. Qatt iżżid ilma kiesaħ għax tħassar ir-ross. Servi mill-ewwel. Ara jkunx hemm bżonn li żżid xi ftit bżar u melħ qabel isservi.

Riċetta Mill-Kcina ta’ Pawlina Anton B Dougall

Comments are closed.