Menu

Torta tat-Tiġieġ u l-Kurrat

Serves 5
Prep Time 35 mins
Cooking 45 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 500g Tiġieġ mingħajr għadam
  • 2 Kurrat, imqatta’ f’biċċiet ħoxnin
  • 100g Bacon, imqatta’ oħxon
  • 100g Faqqiegħ żgħir
  • Tazza inbid abjad
  • 1/2 Kuċċarina nuċimuskata mitħuna
  • 2 Kuċċarini klin frisk, imqatta’
  • Weraq zgħir tal-ispinaċi
  • Tazza krema ħafifa tal-Ħanini
  • 2 Patatiet, kbar
  • 100g Ġobon maħkuk
  • 2 Mgħaref Parmiġġjan
  • 2 Mgħaref tursin imqatta’
  • 3 Mgħaref butir mielaħ
  • Isfra tal-bajd
  • Bżar u melħ għat-togħma
Qatta’ t-tiġieġ f’biċċiet żgħar u itfa' l-bżar u l-melħ. Itfa’ mgħarfa butir f’taġen u aqli t-tiġieġ sakemm jieħdu l-kulur. Wara, żid il-bacon, il-kurrat u l-faqqiegħ. Ferrex ftit klin u nuċimuskata. Żid l-inbid abjad, ħallih itektek u itfa' l-ispinaċi u għaqqad bil-krema bajda. Itfa' t-taħlita f'dixx tal-forn. Għalli l-patata u għaffiġha. Ħallat magħha l-butir, il-ġobon u t-tursin. Żid ftit bżar u melħ u ħallat l-isfra tal-bajd. Ferrex il-patata fuq it-taħlita tat-tiġieġ u sajjar f'forn jaħraq b'mod moderat sakemm il-patata tieħu l-kulur. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.