Menu

Għaġin bil-Pastard

Serves 4
Prep Time 10 mins
Cooking 30 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Pastarda
  • 2 Mgħaref butir
  • 1 Basla, imqattgħa
  • 1 Sinna tewm
  • 1 400g Bott Zalza ħamra (polpa)
  • 60g Għads ħomor (lentils)
  • 300g Irkotta tal-Ħanini
  • 3 Mgħaref ħall balsamiku
  • 1 Kuċċarina ħabaq niexef
  • 1 Kuċċarina oregano niexef
  • 1 Ġibna niexfa tal-Ħanini
  • 240g Spagetti
  • Melh u Bzar
F'kazzola kbira, dewweb il-butir u żid il-basal u t-tewm u sajjar sakemm jieħdu l-kulur. Żid il-pastarda mfarrka u sajjar għal 15-il minuta. Żid iz-zalza tat-tadam, l-irkotta, l-għads, il-ħall balsamiku, il-ħwawar, bżar u melħ u ħawwad tajjeb sakemm jitħallat kollox. Ħallih jagħli ftit u ħallih itektek għal 30 minuta sakemm iz-zalza tiġi magħquda. Sadanittant, sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Ħalltu maz-zalza u żejjen il-platt bil-ġibna tal-Ħanini maħkuka u ħabaq frisk.

Comments are closed.