Kejkini bil-Pastard u l-Ġibniet
Serves 6
Prep Time 25 mins
Cooking 40 mins
Level low
Ingredjenti
- Pastarda żgħira
- 2 ġibniet friski tal-Ħanini
- 2 ġibniet nexfin tal-Ħanini
- 2 Bajdiet
- Tursin frisk, imqatta'
- 1 Mgħarfa mustarda tal-Mayor
- Tadam ċirasa (cherry tomatoes) maqtugħ min-nofs
- Bżar u melħ għat-togħma
Għalli l-ilma f'borma u sajjar il-pastarda. Saffiha u għaffiġha f'kontenitur. Żid il-bajd, nofs il-ġibniet maħkukin u t-tursin. Itfa' ftit bżar u melħ. F'kontenitur ieħor, ħallat flimkien il-ġibniet friski mal-kumplament tal-ġibniet nexfin u żid ftit bżar. Itfa' t-taħlita tal-pastard f'reċipjenti żgħar tal-kejkini, agħmel toqba fin-nofs u żid kuċċarina mit-taħlita tal-ġibniet u erġa' itfa' mit-taħlita tal-pastard. Aħmi f'temperatura ta' 200°C għal madwar 30 minuta. Żejjen bil-mustarda u nofs tadama ċirasa. Dawn tista' sservihom bħala l-ewwel platt jew bħala tnaqqir u tippreparahom minn qabel u ssaħħanhom qabel isservi.
Riċetta ta' "Mill-Kċina ta’ Pawlina