Insalata tat-Tadam u l-Fażola
Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 0 mins
Level low
Ingredjenti
- 2 tazzi fażola bajda tal-Mayor
- 1/2 tazza tadam ċirasa (cherry tomatoes) maqtugħ min-nofs
- 1 ħjara żgħira, imqattgħa
- 1 basla żgħira, imqattgħa rqiqa
- 1/4 ta' tazza weraq tal-ħabaq frisk, imqatta'
- 1/4 tazza ġobon tal-feta, imfarrak
- 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa ta' Savina
- 1 mgħarfa ħall aħmar tal-Pinto’s Pride
- 1 kuċċarina mustarda tal-Mayor
- Bżar u melħ
F'kontenitur kbir, ħallat flimkien il-fażola li tkun saffejt mil-ilma, it-tadam ċirasa, il-basla u l-ħabaq imqatta'. Jekk se tuża l-ġobon tal-feta żidu mat-taħlita wkoll. F'kontenitur żgħir, ħallat flimkien iż-żejt taż-żebbuġa, il-ħall aħmar, il-mustarda, il-melħ u l-bżar. Itfa' t-taħlita fuq l-insalata u ħawwad. Kessaħ fil-friġġ għal tal-inqas 30 minuta sabiex jitħalltu t-togħmiet flimkien. Tista' sservih kiesaħ mill-friġġ jew tħallih joqgħod ftit.