Menu

Ħobż Pitta biċ-Chilli con Carne 

Serves 2
Prep Time 20 mins
Cooking 20 mins
Level low

Ingredjenti

  • 200g ribeye
  • 3 mgħaref żejt tas-sesame 
  • 2 basal
  • 12 piżelli tat-tip mange tout
  • 200g sauce tal-oyster tal-Pinto’s Pride 
  • 80g ġobon brie
  • 1 ħobż pitta 
  • Ingredjenti għaċ-chilli
  • 150g kapuljat tal-laħam
  • Basla 1
  • 2 tewm
  • 80g fażola ħamra tal-Mayor
  • 1 karrotta żgħira
  • Ftit kosbor
  • 1 felfel sħiħ żgħir
  • 3 mgħaref polpa tal-Mayor
  • 80g ġobon cheddar
  • 2 mgħaref ħwawar tal-laħam
  • 1 ħobż pitta 

Qatta' l-basal u qalli fuq nar għoli fiż-żejt tas-sesame. Żid il-laħam maqtugħ fi strixxi u ħawwad. Sadanittant, qatta' l-piżelli u żidhom mal-laħam. Itfa' z-zalza tal-oyster, ħawwad u neħħi minn fuq in-nar. Imla l-ħobż bit-taħlita u fl-aħħar żid il-ġobon brie u ixwi fil-forn. Ibda pprepara ċ-chilli. Qatta l-basal, il-felfel, it-tewm u l-karrotta u qalli sakemm jirtab il-ħaxix. Żid l-ikkapuljat u żomm nar għoli sakemm jinxtorob il-likwidu. Żid il-fażola l-ħamra, il-polpa tat-tadam u ħalli t-taħlita tinxtorob fuq nar għoli. Itfa' ftit bżar u melħ, kosbor u neħħih minn fuq in-nar.

Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.