Menu

Makaroni fil-Forn

Serves 4
Prep Time 15 mins
Cooking 115 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 400g Makaroni (għaġin tal-kaxxa)
  • 200g Polpa tal-Mayor
  • 50g Kunserva Three Hills
  • 2 Bajdiet iebsin
  • 50g Ġibna niexfa tal-Ħanini
  • 60ml Stokk tal-laħam ta’ Pinto’s Pride Spoon Stock
  • 400g laħam ikkapuljat (tista' tuża laħam tal-majjal, tal-baqar jew taħlita tat-tnejn)
  • 100g Basal
  • 3 Bajdiet sħaħ
  • Halib
  • Tewm
  • Ħabaq Frisk
  • Bżar u Melħ
  • Zejt

Qatta’ t-tewm u l-basal u l-bajd iebes. F’taġen kbir, saħħan ftit żejt u aqli malajr il-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur dehbi. Żid il-laħam u kompli aqli għal madwar 10 minuti fuq nar qawwi. Naqqas in-nar. Żid il-polpa, il-ħabaq, il-ħwawar, il-kunserva u l-istokk u ħallih itektek għal 30 minuta oħra. Din is-salsa tista’ tiġi ppreparata l-lejl ta’ qabel u tiffriża tajjeb ħafna. Saħħan il-forn għal Gas Mark 5/190°C. Xarrab ftit dixx tal-forn bi ftit żejt. Sadanittant, imla borma kbira bl-ilma u ħallih jagħli. Sajjar il-makaroni sakemm ikunu al dente. Ixxotta u poġġihom f’bowl kbir biex tħallathom mal-bqija tal-ingredjenti. Żid is-salsa maħduma mal-makaroni, flimkien mal-bajd imsajjar imqatta' u nofs il-ġobon imqatta’ rqiq. Ħawwad kollox tajjeb sabiex l-ingredjenti jitħalltu sewwa. Fi skutella separata, ħabbat it-tliet bajdiet ma’ ftit ħalib u żid ftit melħ u bżar. Ferra’ din it-taħlita fuq l-għaġin u ħawwad biex tkun imqassma tajjeb.Roxx il-bqija tal-ġobon fuq nett biex jinħaraq u jagħti togħma aktar rikka. Aħmi fil-forn għal madwar 30-40 minuta, jew sakemm il-wiċċ isir dehbi u iqarmeċ. Ħalli l-għaġin jistrieħu għal ftit minuti qabel isservihom. Ricetta ta' Anton Dougall

 

Ricetta ta' Anton B. Dougall

Comments are closed.