Menu

Risotto bil-Bejken u Xgħir, Bużbież u Tadam

Serves 4
Prep Time 35 mins
Cooking 40 mins
Level low

Ingredjenti

  • 150g Bejken (pancetta)
  • 200g Xgħir (barley)
  • ½ Tazza nbid bajda
  • 100g Kunserva Ħelwa tat-Three Hills
  • 5 Litri stokk bl-Ispoon Stock tal-ħaxix
  • 1/2 Bużbież, imqatta' dadi
  • 1 Zokk ta' karfusa, imqatta'
  • 2 Basliet, imqattgħin
  • 4 Sinniet tewm, imqatta'
  • 6 Tadam ċirasa (maqsumin min-nofs) (cherry tomatoes)
  • 2 Mgħaref xibt, imqatta' (dill)
  • 60g Mascarpone
Fi ftit butir, sajjar il-bejken, il-basal, it-tewm, il-bużbież, il-karfus u t-tewm mingħajr ma jilħaq jieħu kulur. Żid ix-xgħir u ħawwad tajjeb. Żid ukoll il-kunserva ħelwa u erġa' ħawwad. Itfa' l-inbid, l-istokk tal-ħaxix u ħallih itektek. Hekk kif jinxtorob kważi l-ilma kollu, żid it-tadam, ix-xibt u l-bżar u l-melħ. Servi billi titfa' l-mascarpone fil-wiċċ u żejjen bi ftit ħwawar. Ricetta ta’ Aceline Media

Comments are closed.