Menu

Insalata Maltija tal-Brunġiel

Serves 4
Prep Time 30 mins
Cooking 8 mins
Level low

Ingredjenti

  • 1 Brunġiela
  • 2 Ftira żgħira
  • 4 Mgħaref Kunserva tat-Three Hills
  • 2 Sinniet tewm, imqattgħin fini
  • 2 Bottijiet kbar tonn, mingħajr iż-żejt
  • 1 Tadama kbira
  • 1 Ħjara żgħira, imqattgħa biċċiet irqaq
  • 8 Tadam ċirasa (cherry tomatoes)
  • 1 Basla, imqattgħa fin
  • Ftit ħabaq frisk
  • 1 Flixkun Gardiniera tal-Mayor, imsoffi
  • Żejt taż-żebbuġa
  • 2 Ġbejniet tal-bżar tal-Ħanini
Aqta' l-brunġiela min-nofs mit-tul. B'sikkina aqta' l-mili tal-brunġiela f'forma ta' kannizzata u żid ftit bżar u melħ. Ferrex ftit żejt taż-żebbuġa u sajjar jew grilja sakemm tirtab. Sadanittant, aqta' l-ftira min-nofs, idlek bil-kunserva, ferrex iż-żejt taż-żebbuġa u aqta' f'dadi puliti. Żid ftit bżar u melħ għat-togħma u poġġihom f'dixx tal-forn u sajjarhom fil-forn f'tempeatura ta' 150°C sakemm jiġu jqarmċu minn barra u daqsxejn rotob minn ġewwa. Aqta' t-tadam f'dadi, aqsam min-nofs it-tadam ċirasa u poġġihom f'kontenitur. Żid il-ħjara, il-basla u ħawwad tajjeb qabel ma żżid it-tonn, il-ġardiniera u l-weraq tal-ħabaq. Qabel isservi, mat-taħlita żid il-biċċiet tal-ħobż. Poġġi l-brunġiel fil-platti u iksih bit-taħlita tat-tonn. Servi mal-biċċiet tal-ġbejniet tal-bżar fil-wiċċ u żid ftit żejt taż-żebbuġa.  Ricetta ta’ Aceline Media  

Comments are closed.