Menu

Fatteh bil-Brunġiel, Laħam u Ġbejniet

Serves N/A
Prep Time 35 mins
Cooking 30 mins
Level medium

Ingredjenti

  • Ingredients for the base
  • 4 Ħobż pita sħaħ
  • Ingredjenti għat-tieni saff
  • 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 1 Basla, imqattgħa
  • 1 Bunġiela żgħira, imqattgħa kwadri
  • 1 Kuccarina paprika affumikata
  • 1 Kuċċarina kemmun
  • 1 Kuċċarina kosbor, mitħun
  • 1 Kuċċarina melħ
  • 250g Kapuljat tal-laham
  • Ingredjenti għall-Krema
  • 250g Yoghurt Grieg
  • 2 Ġbejniet, nexfin u maħkukin
  • 3 Mgħaref Tahini
  • Meraq ta' lumija
  • 1 Sinna tewm, imqaxxra u maħkuka
  • 1 Kuċċarina melħ
  • Ingredjenti għall-wiċċ
  • 50g Rummien
  • 50g Pistacci,imqattghin
  • Nagħniegħ frisk
Saħħan il-forn f'temperatura ta' 200°C (Gass 6). Aqsam min-nofs il-ħobż pitta u aqtagħhom f'forom ta' trijangoli. Poġġihom f'dixx tal-forn u griljahom għal 12-il minuta. Saħħan ammont tajjeb ta' żejt f'kazzola fonda u sajjar il-basla fuq nar baxx għal 7 minuti, sakemm tieħu l-kulur. Baxxi n-nar u itfa' l-brunġiel u sajjar sakemm jirtab. Żid il-paprika, il-kemmun, il-kosbor u bżar u melħ. Żid il-kapuljat tal-laħam u sajjar għal 10-15-il minuta, billi tħawwad il-ħin kollu sakemm isir minn kull naħa. Neħħi minn fuq in-nar. F'kontenitur li jista' joqgħod fuq borma banju marija, ħallat il-yoghurt, il-ġbejniet, it-tahini, il-lumi, tewm u l-melħ. F'borma żgħira, itfa' ftit ilma u meta jiftaħ jagħli, naqqas in-nar baxx u poġġi l-kontenitur bit-taħlita fuq il-borma (banju marija). Ħawwad tajjeb it-taħlita sakemm tagħqad ftit, Neħħi minn fuq in-nar. Fi platt kbir, irranġa l-ħobż u fil-wiċċ itfa' t-taħlita tal-kapuljat u l-brunġiel. Fil-wiċċ żid it-taħlita tal-yoghurt u żejjen bir-rummien, pistaċċi u nagħniegħ. Ricetta ta’ Aceline Media 

Comments are closed.