Ħallat flimkien l-ingredjenti niexfa sabiex tagħmel l-għaġina. Żid il-bajd u ż-żejt taż-żebbuġa. Żid ftit ilma fietel skont il-bżonn u ħallat kollox flimkien sakemm tilħaq konsistenza tajba. Għatti l-għaġina u ħalliha toqgħod sakemm tipprerara l-mili. Saħħan il-butir f'taġen u qalli l-basla, it-tewm, il-bużbież u l-bżar tal-lumi sakemm jirtabu. Żid il-qaqoċċ, is-sagħtar, bżar u melħ u kompli sajjar fuq nar baxx għal 10 minuti. Wara li jiksaħ ftit, itħan it-taħlita f'food processor. Ħalliha tiksaħ għall-kollox u żid l-irkotta, il-ġbejna niexfa u bżar u melħ skont il-bżonn, u poġġi t-taħlita ġo piping bag. B'magna tal-għaġin, irrombla l-għaġina għat-tortallacci, u aqta' l-għaġina fi ċrieki kbar. Itfa' t-taħlita bil-piping bag fin-nofs taċ-ċrieki, xarrab it-truf tal-għaġina u fforma t-tortallacci. Itfa' ftit smid f'dixx u poġġi t-tortellaci ġo fih, għatti u itfa' fil-friġġ. Qalli l-basla u l-ġewż fi ftit butir fuq nar baxx sakemm il-butir jieħu l-kulur. Żid l-inbid u ħallih itektek. Żid il-krema u ħallih jonqos bin-nofs. Għalli l-ilma bi ftit melħ u sajjar it-tortallacci. Saffihom u servi minnufih biz-zalza tal-ġewż.

Ricetta ta’ Aceline Media