Menu

Imqarrun il-Forn

Serves 6
Prep Time 25 mins
Cooking 45 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 3 tbsp Oil
  • 4 Mgharef basla mqattgha tal_Mayor
  • 1 Mgharfa sauce tat-tewm tal-pinto's Pride
  • 2 Karrotti, imqattgħin
  • Bżar u melħ
  • 1 Kuċċarina stokk tat-tiġieġ tal-Pinto's Pride
  • 500g Minced Meat
  • 300g Mayor marrow fat peas
  • 1/2 glass of Warm water
  • 4 Mgħaref kunserva tat-Three Hills
  • 500g Macaroni Pasta
  • 4 Bajdiet
  • 1 Tazza ġibniet nexfin tal-Ħanini, maħkukin
  • ¼ Kuċċarina paprika taħraq
Sajjar l-imqarrun skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Sadanittant, f'taġen aqli l-basal fi 3 mgħaref żejt. Żid it-tewm, il-karrotti, bżar u melħ u kompli aqli u ħawwad kull tant ħin. Żid l-ikkapuljat u sajjar sakemm il-laħam ikun kważi sar. Żid l-istokk tat-tiġieġ flimkien ma' tazza u nofs ilma u ħawwad kollox flimkien. Żid il-kunserva u l-piżelli u ħawwad. Itfi n-nar. Saffi l-għaġin u ħallat il-bajd miegħu flimkien mal-ġobon maħkuk. Itfa' z-zalza mal-għaġin u ħawwad tajjeb. Itfa' l-għaġin f'dixx fond tal-forn. Ferrex ftit paprika fil-wiċċ u ftit żejt. Aħmi fuq l-ixkaffa tan-nofs tal-forn f'temperatura ta' 200 C sakemm il-wiċċ jieħu l-kulur. Bejn wieħed u ieħor idum madwar 35 - 45 minuta. Ricetta ta' Tonia Grima 

Comments are closed.