Menu

Klamari Mimlijin

Serves 2
Prep Time 15 mins
Cooking 55 mins
Level medium

Ingredjenti

  • 4 Klamari
  • 150g Basal
  • 60g Polpa tal-Mayor
  • 30g Żebbuġ iswed
  • 3 Sinniet tat-tewm
  • Nagħniegħ frisk
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Ħwawar
Naddaf tajjeb il-klamari. Bil-mod, aqla' r-ras mingħajr ma tifqa' l-borża tal-linka. L-intern u s-saqajn tal-klamari joħorġu mar-ras. Aqta' s-saqajn mir-ras minn taħt l-għajnejn. Neħħi wkoll il-munqar miċ-ċentru tas-saqajn billi tagħfsu. Poġġi għall-ġenb is-saqajn tal-klamari. Jekk ir-riċetta tinkludi l-linka, erfagħha; jekk le neħħi r-ras u l-borża tal-linka. Neħħi wkoll il-qarquċa mill-parti ta' fuq tal-klamari. Jekk il-klamari għandhom ġilda biċ-ċrieki, neħħiha wkoll. Naddaf tajjeb il-klamari u s-saqajn b'ilma kiesaħ minn barra u minn ġewwa. Ħallihom joqtru. Qatta' biċċiet żgħar ħafna s-saqajn tal-klamari u agħmilhom għall-ġenb. Neħħi l-għadma taż-żebbuġ u qatta' ż-żebbuġ f'biċċiet irqaq. Qaxxar u qatta' l-basal u t-tewm f'biċċiet żgħar ħafna. Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa f'taġen kbir, żid il-basal u t-tewm u aqlihom bil-mod sakemm jieħdu l-kulur. Saħħan il-forn f'temperatura ta' 1790C, gass mark 3. Żid is-saqajn tal-klamari li kont warrabt u aqli għal 5 minuti billi tħawwad sikwit. Imla l-klamari bit-taħlita u ħalli ftit spazju biex jikber il-mili waqt is-sajran. Agħlaq it-trufijiet b'toothpick. Idlek dixx tal-forn bi ftit żejt u poġġi l-klamari mimlijin fih. Sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta. Servi jaħraq maz-zalza tat-tadam.Recipe by Anton B.Dougall

Comments are closed.